Għadu kif tħabbar li New Zealand instab każ, imsejjaħ bħala każ misterjuż, ta’ anzjan mhux vaċċinat ta’ 58 sena minn Auckland. Hu nstab pożittiv wara li kienu ilu infettat fuq ħamest ijiem.
Minħabba li ma kienx iżolat u seta’ kellu kuntatt ma’ nies oħra, l-awtoritajiet ta’ New Zealand ser jibdew b’lockdown ta’ tlett ijiem, u jitwal għal ġimgħa ġewwa Auckland u Coromandel Peninsula.
Il-Prim Ministru Jacinda Ardern ħeġġet lill-pubbliku biex jimxi mar-restrizzjonijiet u jibqa’ kawt kemm jista’ jkun. F’dan il-lockdown, in-nies jistgħu joħorġu biss biex jagħmlu l-eżerċizzju, biex jixtru l-bżonnijiet, u fil-każ ta’ bżonn li jagħmlu t-test tal-Covid-19. Kulħadd għandu jkun liebes maskra malli joħroġ mid-dar.