"Għadu Ma Nstabx Wara 19-il Siegħa… €300 Premju Jekk Jinstab!" – Martina Tabone, Sid Dan Il-Kelb Bacino

Fuq Facebook qed jinxtered l-appell għall-pubbliku wara li dan il-ġmiel ta’ kelb, Bacino, ġie rrappurtat nieqes. Martina Tabone, sid Bacino, xerrdet l-appell fuq il-profil tagħha kif ukoll f’diversi gruppijiet ta’ Facebook.

“AĠĠORNAMENT: Bacino sfortunatament għadu ma nstabx, wara 19-il siegħa. Jekk jogħġobkom jekk xi ħadd rah jew jinsab għandu, ġentilment jgħarrafna,” tikteb Martina. Apparti minn hekk issemmi li hemm, “€300 premju jekk jinstab.”

Agħmlu kuntatt fuq dawn in-numri jekk ikollkom xi ħjiel li rajtuh jew jekk issibuh – 9944 9280 jew 9968 7832







Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI