Għajb Kbir Hekk Kif Fil-Qorti L-Ommijiet Mhumiex Permessi Jreddgħu

Fuq il-grupp tal-Facebook “Women For Women” inqala’ għajb hekk kif mara sostniet li ma tħallietx tredda’ ġewwa l-qorti. Minħabba f’hekk din l-omm ma setgħetx tattendi għas-seduti u jridu jiġu skedati għal xi żmien ieħor.

““Għaliex il-qrati ma jippermettux it-treddigħ fil-qorti? Għaliex l-omm trid ittawwal separazzjoni li diġà hu mtawwal? X’hemm ħażin li tredda’ fil-qorti? Mela bħala tarbija tat-twelid se tkun taf x’qed jiġri?,” qalet din l-omm.

Kien hemm diversi nisa li sostnew li dan ġara lilhom ukoll fil-passat. Ħafna qed jitolbu wkoll li tinbidel din il-miżura skaduta hekk kif suppost illum hawn iktar għarfien.

“Din hija diskriminazzjoni kontra ommijiet bi trabi u nisa li qed ireddgħu…” qalet mara oħra.

X’taħsbu? Għandhom raġun?







Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI