Kultant jiġi żmien fejn tibda tħossok b’saħħtek u tgħin lill-ħaddieħor u kultant jeħtieġ li xi ħadd jgħin lilek. Il-preżentatur maħbub minn ħafna Ivan Gaffiero tard ilbieraħ filgħaxija ħalla nota fuq il-profil tiegħu;
“Kelli kuraġġ kbir. Tgħajt Kuraġġ kbir lil kulħadd. Imma issa, għajjejt mentalment”.
Kien hemm bosta persuni li kitbulu messaġġi inkoraġġanti. Fostom, mara li kull filgħodu, ommha tibda tirrakontalha r-rakkont sbieħ li jkun qal Ivan. Ivan jagħmel ħafna ġid fi skiet u jgħin lill-ħafna persuni vulnerabbli. Maria La Barokka kitbtlu, “Hemm bżonn ftiffoka fuq il-bżonnijiet tiegħek. Kienu għalmuni li biex tagħti jrid ikollok”.
Kitiblu wkoll Peppi Azzopardii li bil-kliem ġentili tiegħu wkoll jgħollilek il-morall. “Ħobb lil għajrek bħalek innifsek. Mela l-ewwel trid tħobb lilek innifsek biex daqskemm tħobb lilek innifsek tkun tista tħobb lill-għajrek …Inti bniedem specjali Ivan”.
Kuraġġ Ivan!