Darrin Zammit Lupi li jiġi missier Rebecca, li sfortunatament ħallietna aktar kmieni din is-sena, issoltu jiċċelebra għeluq sninu bħal-lum. Din is-sena ma jiflaħx jagħmel dan. Hi differenti mis-soltu.
Darrin isemmi li żmien ilu Rebecca kienet xtaqet li tqatta’ din il-ġurnata miegħu, u bkiet meta rat li kien imħabbat bil-ħidma tiegħu fil-missjoni. Hu kien iddeċieda li jqatta’ dan il-jum kemm jista’ jkun mal-familja, u llum il-ġurnata jara kemm kien għamel sew. “Għal darb’oħra m’aħniex flimkien, u din id-darba nħossha l-agħar għeluq snini.” It-telfa ta’ bintu ħallietlu parti importanti nieqsa f’ġurnata bħal-lum.
Waħda mill-affarijiet li għadhom jimmotivawh f’ħajtu lil Darrin hi l-missjoni li jgħin lin-nies tal-Etjopja li titlesthielhom l-iskola, li fil-fatt ser tissemma għall-mibkija Rebecca. Darrin ħalla ħolqa li permezz tagħha min irid jista’ jagħti d-donazzjoni tiegħu biex din l-iskola titlesta. Tista’ taċċessaha HAWN.
Solidarjetà miegħek Darrin u nissimpatizzaw miegħek u mal-familja kollha. Kuraġġ.