Cel qasmet erba’ kliem ta’ ispirazzjoni hekk kif hija ddeskriviet il-vjaġġ tagħha fuq il-piż. Hija tiddeskrivi kif mhuwiex vjaġġ faċli imma wieħed m’għandux jaqta’ qalbu.
“Kien qed jerġa’ jħajjarni l-junk food…inżilt 8 kilo u erġajt ġibthom kollha …. dan huwa vjaġġ iebes u twil … l-aspett fiżiku huwa iebes imma dak mentali huwa ferm aktar.”
“Bħalissa qed inħares lejn ir-ritratti qodma tiegħi u qed nara kif wiċċi naqas u l-karatteristiċi tiegħi huma aktar definiti issa.”
“Għal dawk li għaddejjin minn vjaġġ simili bħal tiegħi, naf li huwa iebes imma taqtgħux qalbkom … anke jekk kultant tkun se taqa’ u ma tarax progress kontinwu …. imma kompli għaddej,” hi ħeġġet.
Proset ta’ din il-kliem ta’ ispirazzjoni.
Facebook/Cel Gius