Għal Dawk Li Qed Jistennew Tarbija Dawn Huma D-Direttivi

Jekk qed tistenna tarbija, f’isem Gwida.mt nawgurawlek minn qalbna. Għalina kull ħajja hija importanti u sabiħa. Jekk bħalissa qed tistaqsi imma nista’ ndaħħal il-partner miegħi? Meta għandi mmur waħdi? Dawn huma d-direttivi: 

  • Ante Natal Clinic (meta tmur biex tagħmel test jew vista tat-tabib) – L-omm biss tista’ tidħol
  • Qabel il-ħlas meta l-omm tkun qiegħda fl-Obstetric Ward – jista’ jidħol il-missier biss (jew persuna sinifikanti)
  • Waqt il-proċess tal-ħlas – Il-missier biss (jew persuna sinifikanti) jista’ jidħol u jrid jagħmel SWAB test. 
  • NPICU – jitħallew biss il-ġenituri u t-tnejn irridu jagħmlu Swab test. Limitu ta’ sagħtejn kuljum.
  • Wara l-ħlas – Omm u l-missier jistgħu jidħlu imma b’appuntament

Kuraġġ! J’Alla t-tarbija tiegħek tkun b’saħħitha! Awguri mill-ġdid!







Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI