Għal Dawk Li Ser Jiżżewġu! Dawn Huma L-Pariri Tal-Professjonisti Fuq Is-Sitwazzjoni Preżenti

Riesqa waħda mill-aktar ġranet sbieħ fil-ħajja tagħkom. Apparti t-tensjoni tas-servizzi hawn min qed iħossu mħawwad minħabba d-direttivi tal-Covid-19. Ftakar li m’intix waħdek u hemm gruppi bħal Wedding Talk Malta li jgħinuk taqsam l-esperjenza tiegħek.

Tkellimna ma’ Catherine u Maria minn Bizzilla, żewġ kordinaturi tat-tiġijiet. “L-aktar ħaġa importanti hi li l-koppja tibqa’ kalma u tiffoka fuq iż-żwieġ milli t-tieġ” saħqu t-tnejn li huma. Saqsejniehom għall-pariri prattiċi għal dawk il-koppji il ser jiżżewġu issa:

  • Imxu pass pass mas-suppliers tagħkom. Jekk għandkom wedding organiser tkellmu miegħu fuq id-direttivi l-ġodda ħalli jgħinukhom.
  • Ibqgħu f’kuntatt dirett mal-mistednin, fakkruhom jimlew l-RSVP sabiex tkun taf kemm verament ġejjin nies it-tieġ.
  • Aġġornaw lill-mistiedna bil-miżuri li se tieħdu waqt it-tieġ ħalli kulħadd ikun jaf. (Hemm diversi metodi fosthom tista’ toħloq grupp privat fuq Facebook).
  • Għamlu diskors xħin tidħlu fis-sala (avżaw lil band li ser tagħmlu dan ħalli jaħsbu għall-mikrofonu). F’dan id-diskors irringrazzjaw lill-mistednin tal-preżenza tagħhom. Avżaw ukoll li tteħid tal-idejn mhux ser issir. Jirrispettaw id-distanza soċjali u jibqgħu fi gruppi ta’ massimu għaxra.

Ser tkun ġurnata memorabbli għalikom. Catherine u Maria qalulna li fit-tieġ li kellhom f’Lulju mexa kollox ħarir. Saħansitra s-sid tas-sala offra sabiex tittieħed it-temperatura u staqsew lin-nies biex jaħslu jdejhom bis-sanatizzatur. Apparti dan il-wejters kollha kienu libsin maskra jew visor. Qalulna wkoll li l-mistednin kienu prudenti u li n-nies ma damux  mal-bar biex ma jinħolqux gruppi.

F’isem Gwida.mt awguri għal din il-ġurnata speċjali.







Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI