Meta tadotta qattus wieħed mill-Animal Welfare t’Għawdex, tkun qed tagħti post lill-qattus ieħor fil-bżonn.
Bħalissa, din l-għaqda volontiera għall-qtates fil-bżonn għandha bosta frieħ għall-adozzjoni.
Il-qtates ħadu t-trattamenti u l-vaċċini meħtieġa u b’hekk wieħed jista’ jserraħ moħħu meta jadotta xi wieħed minnhom.
Jekk titħajjar tagħmel dan, ikkuntattja lill-paġna Animal Welfare Gozo.
Facebook / Animal Welfare Gozo