Bħalissa, ħafna mill-Maltin qed jgħaddu l-kummenti u l-opinjonijiet tagħhom dwar il-fatt li ħafna mill-miżuri li jitfgħu lura lis-settur tal-arti għadhom fis-seħħ. It-tenur Joseph Calleja ta l-opinjoni tiegħu dwar dan.
Waqt filmat li tefa’ fuq il-paġna tiegħu kellu xi mistoqsijiet rigward dan is-suġġett. Joseph staqsa għaliex ma jistax ikun hemm attivitajiet tal-massa b’nies vaċċinati meta Malta fetħet l-ivjaġġar għal diversi postijiet, fosthom għal 40 stat Amerikan, li dan Joseph m’għandu xejn kontrih imma peressli ma jkunx hemm distanza soċjali f’dawn it-titjiriet qisu m’hemmx differenza minn attivita għall-ivjaġġar.
Hu staqsa wkoll dwar x’inhi l-loġika li f’post fejn qed isir tieġ jista’ jkun hemm 300 persuna preżenti u f’attivita teatrali jista’ jkollok biss 100 persuna.
Joseph ma setgħax ma jfaħħarx il-mod kif imxew bih l-awtoritajiet waqt il-pandemija imma xtaq jifhem għaliex ċertu miżuri li qed jitfgħu lura lis-settur tal-arti għadhom fis-seħħ.
Facebook / Joseph Calleja