Bjorn Formosa kiteb dwar il-kanzunetta Miegħek Jien, kantata minn Kevin Paul Calleja, u l-messaġġ li qed tgħinu jwassal.
“Meta smajt Miegħek Jien għall-ewwel darba, għalaqt għajnejja u ħassejt lil xi ħadd jifhimni. Kienu dawk il-kliem li ilni snin nixtieq ngħid… imma ma nistax. Kevin qalhom għalija, għalina, u għal kull min għaddej minn battalja li ftit jifhmuha.”
Bjorn jiddedika dan il-messaġġ lil kull min qed ibati, iżda għadu jittama. Fil-31 ta’ Awwissu l-poplu għandu stedina biex jingħaqad għal DAR Bjorn Respite.
“Il-ħolma tiegħi, tagħna… għad-dinjità ta’ ħafna. Grazzi minn qalbi. Miegħek jien – għax intom dejjem kontu miegħi,” iżid Bjorn
Biex tagħti donazzjoni:
Ċempel:
• 5190 2075 – €50
• 5180 2018 – €25
Ibgħat SMS:
• 5061 9271 – €11.65
Mobile Pay:
• BOV Pay: 79096249
• Revolut: 79209420