Għaliex Il-Halloween Għall-Kuntrarju Tat-Twemmin Popolari, Mhuwiex Kontra L-Kristjaneżmu

Wasal żmien il-Halloween. Ħafna jieħdu pjaċir b’din il-festa tal-Ħarifa b’films tal-biża’, jilbsu kostumi, isajru ħelu bit-tema tal-Halloween u jżejnu d-djar. Madankollu, kull sena, xi ħadd irid joħroġ u jgħid li din il-festa hija kontra l-Kristjaneżmu.

Żgur li lkoll smajna lil xi ħadd jgħid, anke minn figuri pubbliċi, li din hija festa tad-dlam, festa ta’ Sataniżmu u festa ta’ kull ħaġa ħażina. Huwa l-oppost komplet.

Il-verità hi li din il-festa ġiet iċċelebrata qabel ma oriġinaw l-festi tal-Kristjaneżmu. It-tradizzjoni oriġinat mill-festival Ċeltiku tal-qedem ta’ Samhain, meta n-nies kienu jixegħlu n-nar u jilbsu kostumi biex ibiegħdu l-fatati. 

Fit-tmien seklu, il-Papa Girgor III ħatar l-1 ta’ Novembru bħala żmien biex tonora l-qaddisin kollha. Jum il-Qaddisin Kollha inkorpora wħud mit-tradizzjonijiet ta’ Samhain. Il-lejla ta’ qabel kienet magħrufa bħala All Hallows Eve li saret Halloween.

Is-Sataniżmu u l-Halloween mhumiex relatati!







Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI