True Crime sar il-faxxinu u l-ossessjoni ta’ ħafna nies illum. Minn dokumentarji għal serje televiżivi, dan sar fenomenu.
Madankollu jidher li d-demografija femminili hija aktar attirata lejn it-True Crime mill-irġiel. L-istatistiċi ta’ Netflix juru li d-dokumentarji tagħhom tat-True Crime huma aktar segwiti minn nisa, u You Tube hija mimlija filmati ta’ preżentaturi nisa jitkellmu dwar is-suġġett. Imma għaliex dan?
Anki jekk hija natura umana li tkun kurjuż, il-faxxinu min-nisa mhuwiex biss għall-gost u l-kurżità li joffri dan is-suġġett, iżda wkoll għax jedukahom u jippreparahom f’każ li l-affarijiet tas-suġġett iseħħu fil-ħajja reali. It-tfassil tal-profil u d-deduction tan-nies kapaċi għall-kriminalità jgħinhom f’sitwazzjoni jekk qatt jispiċċaw f’waħda simili.
Għalhekk, huwa approċċ difensiv u preparattiv.