L-ewwel ta’ Lulju hu jum speċjali f’qalb il-kantanta u personalità lokali Phyllisienne Brincat, dan minħabba l-fatt li tiċċelebra anniversarju speċjali. Sitt snin ilu, hi ltaqgħet mal-maħbub tagħha u f’dan il-jum għażiż hi tgħaddillu messaġġ speċjali.
Hi tiktiblu, “6 snin illum! Għalkemm aħna rari naraw lil xulxin, bqajna hemm għal xulxin b’tant imħabba. Grazzi talli fhimt l-istil ta’ ħajja tiegħi kemm fil-karriera tiegħi kif ukoll f’dak ta’ Alla u l-familja tiegħi. Jien imbiereka li għandi lilek f’ħajti.”
Awguri minn qalbna għal aktar snin flimkien.
Facebook / Phyllisienne Brincat