F’intervista li kellu fuq il-programm ‘Noli’ ta’ Angie Laus, il-ministru tal-Edukazzjoni Owen Bonnici żvela li ilu mill-bidu tas-sena jgħix fi stil differenti. Jistqarr li ma kinitx għażla faċli li jagħmel, iżda għamel dan il-pass li għalih ħass li hu importanti. Mill-bidu tas-sena, Owen ddeċieda li jaqleb veġetarjan.
“Li taqleb veġetarjan mhux faċli, kont drajt niekol ross u tiġieġ kuljum, kemm jista’ jkun nipprova noqgħod attent. Bdejt naqra ħafna fuq il-ħsara li jagħmel il-laħam meta nikluh u lil Remenda għedtilha, nixtieq nipprova naqleb veġetarjan. Filfatt mill-bidu tas-sena qlibt veġetarjan!” jgħid il-ministru fuq il-programm.
Il-Programm ‘Noli’ apparti li qed ikun fuq Facebook issa qed jixxandar fuq TVM kull nhar ta’ Tnejn, it-Tlieta u l-Ġimgħa fis-19:15 fuq TVM.