Chrysander Agius kiteb kelmtejn fuq il-paġna tal-facebook tiegħu hekk kif ġie mħabbar li d-duo Danusan wasal fi tmiemu.
“Nemmen fi tmiem sabiħ u li twaqqaf kollox fl-aqwa żmien għall-proġetti u mhux meta l-affarijiet ikunu sejrin ħażin,” hu kiteb. “Għamiltha fil-passat u għal darb’oħra lest li nieħu pawża minn dak li kien ta’ avventura kbira.”
“Flimkien bħala Danusan kissirna diversi konfini u għamilna dak li ħaddieħor qatt ma kellu l-kuraġġ jagħmel. Issa wasal iż-żmien għal bidla u li tassew nikkonċentra fuq proġetti oħra li għandi f’moħħi.”
“Kemm jien kif ukoll Daniel Chricop qed infittxu impriżi ġodda u naturalment irridu ntemmu din l-avventura bit-tajjeb. Għalhekk għall-aħħar darba se nkun qed nikteb l-aħħar xow tagħna.
Facebook/Chrysander Agius