Għall-Ewwel Darba Sa Minn Marzu F'Mater Dei M'hemm Ebda Pazjent Bil-Covid-19!

Fl-Aħħar 24 siegħa saru 987 test tal-Covid-19 f’Malta li minn dawn ħadd ma stab li hu pożittiv. Anzi persuna ġiet iddikjaratha mfejqa! Aħbar tajba hi li bħalissa fl-isptar Mater Dei mhemm ebda pazjent bil-Covid-19. Din hi l-ewwel darba sa’ mill-bidu tal-pandemija li fl-isptar mhemm ebda każ pożittiv. 

Pazjent qiegħed jiġi rikoverat f’Karin Grech u ieħor fi sptar St Thomas, filwaqt li erba’ pazjenti qiegħdin Boffa. Nawgurawlhom fejqan ta’ malajr. 







Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI