L-għalliem Alejandro Navarro qanqal l-ammirazzjoni ta' bosta permezz ta' ritratt li ħaditlu bintu li fih jidher qed jikkoreġi x-xogħol tal-istudenti tiegħu minkejja li kien fl-aħħar ftit mumenti ta' ħajtu f'sodda fl-isptar.
Alejandro, li kien jgħallem fi skola f'Texas ġewwa l-Amerka, saħaq ma' bintu li ried iżomm kelmtu u jikkoreġi x-xogħol tal-istudenti tiegħu fil-ħin.
Sfortunatament l-għalliem ħalla din id-dinja ġurnata biss wara li ttieħed dan ir-ritratt b'ħafna baqgħu jsemmu d-dedikazzjoni u l-passjoni tiegħu lejn xogħlu.
View this post on Instagram
Jistrieħ fis-sliem!
Instagram / Folkative