Għamlet Il-Griżma U Minflok Rigali Ġabret €1000 Għal Puttinu! – Prosit Tassew!

Sabiħ li kulħadd jagħmel il-parti tiegħu biex jgħin fejn jista’ lil min hu fil-bżonn. Iżda kemm hi xi ħaġa sabiħa meta naraw dan isir miż-żgħażagħ. 

Din it-tfajla hekk għamlet. Il-paġna ta’ Puttinu qasmet il-kitba “Ella Abela għamlet il-Griżma u flok rigali tat €1000 lil Puttinu Cares. Alla jbierkek, Ella għall-ġest nobbli tiegħek.”

Prosit tassew lil Ella, lill-familjari tagħha u lil dawk li kienu ta’ kontribut f’din id-donazzjoni sabiħa. Jalla tibqa’ tkun tfajla ġeneruża u tispira anke ‘l ta’ madwarha biex jagħmlu bħalha! 







Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI