Omm Jasmine ta’ Jasmine’s Journey taqsam ritratt ma’ bintha bi ħsieb għażiż. Ħafna ommijiet ċerti li jistgħu jirrelataw mad-diskors li tgħid, iżda fil-każ tagħha forsi xi kemxejn aktar minħabba l-kundizzjoni ta’ Jasmine.
Hi tikteb, “F’din il-ħajja mimlija ġenn, nilbes tant kpiepel differenti. Kultant għandek bżonni nkun l-għalliema tiegħek, it-terapista tiegħek, l-avukata tiegħek, il-vuċi tiegħek, u l-infermiera tiegħek. U nilbes dawn il-kpiepel u nbiddilhom kemm-il darba jkollok bżonni.”
Ommha żżid tgħid, “inġorr il-piż kollu, biex il-piż tiegħek ikun eħfef u l-futur tiegħek isbaħ. Nilbes l-isbaħ tbissima tiegħi, anke meta l-ħajja tkun tqila u qed taqtalna nifsna, biex int tkun komda u ferħana. Imma l-irwol li l-aktar inħobb hu meta sempliċement insir il-mamà tiegħek.”
Facebook / Jasmine’s Journey