Il-paġna lokali The People of Malta taqsam żewġ ritratti li għandu l-kelma hope mpinġija fuq idi. Mal-paġna Fonzu jispjega għala għamel din it-tpinġija u xi tfisser għalih.
Hu jistqarr, “Għandi tpinġija miktub HOPE fuq idi għax dejjem nittama… u se mmut bil-piena! Inħossni li dejjem naqdef, naqdef u qatt ma nsib il-blat. Jekk fil-ħajja tkun kuntent għandek kollox. Jien nipprova li bil-ftit li jkolli nkun kuntent. Ma rridx iżjed milli jkolli.”
Ħsieb sabiħ li naqsmuh għall-bidu tas-sena. Tajjeb li nfakkru wkoll li din hija s-sena l-Papa ddeċieda li l-2025 tkun sena ta’ Ġublew u t-tema prinċipali hija it-tama. Sena li t-tama hija importanti f’dinja li qed tħoss l-impatti tal-gwerra, l-effetti kontinwi tal-pandemija tal-COVID-19, u kriżi tal-klima.