Il-preżentatriċi Moira Delia qed tagħmel appell fuq Facebook għal min jista’ jgħin biex jinstab ġeru li ħarab fl-istess jum li nġieb Malta.
“Għandna bżonn l-għajnuna tiegħek. Ġeru ta’ 6 xhur ħarab fl-istess jum li nġieb Malta,” hi kitbet.
“Bħalissa jinsab imwerwer u waħdu fl-għelieqi madwar iż-żona ta’ Bulebel Iż-Żgħir, mingħajr aċċess għall-ikel jew ilma. Il-ġeru qed jistaħba matul il-ġurnata u joħroġ biss bil-lejl biex ifittex l-ikel.”
“Biex insibuh, għandna bżonn voluntiera biex iqattgħu ftit sigħat fil-karozzi tagħhom matul il-lejl. Jekk jogħġbok żomm lura milli tipprova taqbdu inti, peress li jista’ jiggrava s-sitwazzjoni! Minflok, ikkuntattjana fuq in-numri li ġejjin: 99429997 jew 99499897, jew ibgħat il-post fejn sibtu.”
“Qed nappellaw ukoll lil nies li għandhom drones u lesti jgħinuhom jew jisilfuhom, peress li xi għelieqi f’Malta huma privati u mhux se nkunu nistgħu nidħlu, iżda l-kelb tagħna jista’ jkun hemm.”
Facebook/Moira Delia