Fuq il-midja soċjali l-kantant Ivan Grech minn Wintermoods, għadu kif tefa’ messaġġ bi kliem sentimentali. Messaġġ li fl-ebda ħin ma wera lil min qed jiddedikah jew għal xiex huwa miktub. Is-segwaċi kkumplimentawh għal dak li kiteb u qabluh ma’ xi poeżija b’messaġġ b’saħħtu.
“Għat-telfa li tfakkarni tajtni saħħa u karattru…” jikteb il-kantant. Ivan isemmi li din il-persuna jew din il-ħaġa ttih s-saħħa u l-kuraġġ biex jegħleb il-mumenti iebsin u l-ħitan li jitilgħu f’xi waqtiet u li jippruvaw iwaqqfuh. Isemmi kif meta jkollu telfa f’ħajtu, dan is-sors hu effettiv biżżejjed li jtih it-tama.
Isemmi wkoll il-mużika, dik li għalih iqisha “t-taħbita ta’ qalb u l-enerġija għal ħajtu”. Ivan isemmi li l-persuna u l-ħaġa li għaliha miktub dan il-messaġġ, kapaċi tgħix fih sal-aħħar minuta ta’ ħajtu. “Tgħix ġo fija sal-aħħar taż-żmien.”
Tgħid għal min jew għal xiex hu ddedikat dan il-messaġġ sinifikanti?