“Għerqilna Kollox” – Danusan Kellhom Jikkanċellaw Fl-Aħħar Minuta

Aġġornament: Ix-show li kellhom pjanat Danusan ġie pospost għal għada l-Ħadd, kull min kellu l-bijetti għall-attività tal-lum, jista’ juża l-istess biljetti għal għada! Aqra aktar HAWN.

Ix-show tant mistenni ta’ Danusan kellu jiġi kkanċellat fl-aħħar ħin. Huma u l-crew kollu kellhom kollox lest biex l-ispettaklu jibda’ minn hawn u ftit ieħor iżda sfortunatament it-temp ma ippermettiex.

“Għamlet ħafna xita u għerqilna kollox. Hemm ħafna nies li xtraw il-biljetti, ‘il fuq minn 700 ruħ, ma nistgħux inwegħdu li se nagħmlu l-avveniment għax għada mistennija x-xita u anke l-ġurnata ta’ wara,” Daniel chircop qal b’diżappunt.

“Jekk tafu lil xi ħadd li xtara l-biljetti jekk jogħġobkom avżawhom li l-avveniment ikkanċellat.”

Għalkemm kien hemm arranġamenti fuq ġewwa, minħabba r-restrizzjonijiet tal-Covid-19, kien impossibbli li kulħadd joqgħod ġewwa.





Facebook/Danusan



Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI