Ilna daqsxejn ma nqabdukom ftit kurżità u ntukom sfida minn dawn! Fuq il-midja soċjali ltqajna ma’ din l-illustrazzjoni t’hawn taħt, magħmula minn Alisa Alisa (1m2_handmade/ Instagram). Din hi personalità li rajnieha bħala attriċi, kantanta, u ftit ilu ipparteċipat waqt programm ta’ divertiment li qed isir fuq ONE. Hi ħadet sehem bħala attriċi fost l-oħrajn f’Undercover, ħadet sehem fil-Malta Song For Europe kif ukoll rebħet is-Summer Hit Song Festival.

Fil-fatt din mhi ħadd ħlief il-kantanta u attriċi Julie Pomorski! Julie ippubblikat din l-illustrazzjoni mill-isbaħ fuq il-profil ta’ Instagram tagħha. Kontenut ftit differenti mis-soltu kif kitbet hi stess. Jekk tidħlu fil-post ta’ Instagram u tagħfsu l-vleġġa tal-lemin, tistgħu taraw ir-ritratt li fuqu nħadmet din l-illustrazzjoni, u anke tqabblu waħda m’oħra.
Irnexxielkom tgħarfuha? Aħna nħossu li hi illustrazzjoni tajba immens!
View this post on Instagram