G7 Events Iħassru L-Avvenimenti Tagħhom Għall-Jiem Li Ġejjin

Ftit tal-ħin ilu, G7 Events ħabbru li ħa jkunu qed iwaqqfu l-avvenimenti kollha tagħhom għall-jiem li ġejjin. Huma qed jagħmlu dan minħabba l-iżviluppi riċenti fejn il-każijiet tal-Covid-19 f’pajjiżna żdiedu.





Huma ħassew li din hi l-aħjar deċiżjoni li setgħu jieħdu minħabba s-sitwazzjoni preżenti. Huma qalu li ħa jibqgħu jsegwu s-sitwazzjoni mill-viċin u jibbażaw id-deċiżjoni tagħhom dwar dak li jkun qed jiġri.



Minn ġimgħa għal ġimgħa huma ħa jkunu qed jaraw xi jkun l-aħjar li jsir. Huma qalu li s-sigurtà tal-klijenti tagħhom dejjem kienet prijorità u dejjem imxew mal-miżuri maħruġa mill-awtoritajiet!

Facebook / G7 Events

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI