Id-dinja għadha qed u jonqosha tirkupra sew mill-baħar ta’ tensjoni li sibna ruħna fih f’dawn l-aħħar xhur. Quddiemna għandna żewġ għażliet, jew inħallu l-biża’ u l-inkwiet jirkbina u jitfana aktar lura, jew ngħixu ġurnata b’ġurnata u nittamaw.
Shasha Fabri għażlet it-tieni triq hekk kif għadha kemm tefgħet ħsieb qawwi dwar l-attitudni tagħha biex terġa’ tqum fuq saqajha.
“Kienet esperjenza li m’jien ser ninsa qatt..Ġegħlitni naffaċċja sitwazzjonijiet li ilni nwarrab għax ma kellix il-kuraġġ naffaċċjahom u nieħu deċiżjoni..kelli ħafna ħin nara u niżen u b’hekk kelli nqum fuq saqajja u ma nħalli xejn u ħadd jibqa’ jikkalpestani”
Shasha tikteb dan waqt li tħabbar li mill-ġimgħa d-dieħla tinsab lesta biex jekk Alla jrid terġa’ lura għar-rutina ta’ xogħol ta’ qabel. Hi beħsiebha tibqa’ tissielet biex terġa’ tikseb l-aktar ħaġa prezzjuża u bżonnjuża; il-paċi ġo qalbha.
Grazzi u Prosit Shasha ta’ dawn l-erba’ kelmiet b’saħħithom! Dan hu li neħtieġu nisimgħu bħalissa.