Il-fondazzjoni għall-klieb tas-servizz għamlet tassew ġest nobbli mill-qalb. Xi klieb minn din il-fondazzjoni intgħażlu biex iżuru dar tal-anzjani u jiltaqgħu mar-residenti.
Fuq il-paġna uffiċjali kitbu dan il-messaġġ, “Morna nżuru r-residenza tal-anzjani ‘Imperial’ illum. Gandalf, Toby, Alejandro, u Dom verament ħadu pjaċir iqattgħu ftit tal-ħin mar-residenti. Grazzi lill-istaff kollu u r-residenti talli laqgħuna b’qalbhom miftuħa. It-tbissim kollu li rajna missilna qlubna, u ninsabu grati li qsamna tant mumenti speċjali flimkien.”
Flimkien ma’ dan il-messaġġ ippubblikaw ukoll diversi ritratti li jippreservaw dawn il-mumenti speċjali li l-klieb tas-servizz u r-residenti esperjenzaw flimkien. Nirringrazzjaw lill-fondazzjoni talli ħasbet fl-anzjani u offritilhom din l-esperjenza li żgur tħalli mpatt fuq is-saħħa mentali tar-residenti.
Facebook / Service Dogs Malta Foundation