“Ġbart Is-Somma Li Xtaqt Għall- Funeral Ta’ Kevin Galdes … Is-Somma Nġabret Kollha” – Terry Muscat

Riċentament, Terry Muscat ħabbret fuq il-paġna tagħha li ser tkun qed tagħmel ġabra għall-funeral ta’ Kevin Galdes. Ftit tal-ħin wara qalet li ġabret aktar minn €1400, fejn imbagħad qalet li ġabret is-somma li xtaqet.

Hi qalet, “Ħbieb tiegħi ta’ Facebook; kemm inħossni kuntenta dan il-mument li ġbart is-somma li xtaqt għall-funeral ta’ Kevin Galdes. Is-somma nġabret kollha. Issa għandi bżonnkom naqra oħra biex nagħmlulu rħama. Aktar dettalji tal-funeral meta se jsir, u rrid nirringrazzja wkoll il-persuna li offra li jiġi jkantalu fil-funeral. Grazzi kulħadd minn qalbi għax meta ġejt bżonnkom dejjem sibtkom, grazzi minn qalbi.”

Prosit kbira lil Terry ta’ din l-inizjattiva u prosit ukoll lil dawk kollha li taw donazzjoni.







Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI