Clean Malta – Cleansing and Maintenance Division appellaw lill-pubbliku biex jagħmel użu mis-servizzi tagħhom relatati mal-ġbir tal-alka, hekk kif komplew isaħħu l-ħidma tagħhom favur ambjent aktar nadif u sigur.
Fuq il-paġna uffiċjali tagħhom, id-diviżjoni dejjem enfasizzat l-importanza li ċ-ċittadini jirrappurtaw każijiet, eżempju tipiku dak li xerrdu ftit ilu.
Nistgħu naraw tindif tal-alka, li tinġema speċjalment f’żoni kostali u pubbliċi fejn din tista’ toħloq inkonvenjent. Fir-ritratti nistgħu naraw id-dedikazzjoni fil-ħidma biex inaddfu ż-żona.
Huma ħeġġew lill-pubbliku biex iwassal l-ilmenti jew is-suġġerimenti tagħhom billi jużaw l-app uffiċjali Clean and Upkeep App jew billi jċemplu fuq in-numru 1718.