Ġej Malta Baby Lasagna – Il-Kantant Mill-Kroazja Li Ġiet Fit-Tieni Post Fil-Eurovision 2024

Baby Lasagna

Kif tafu x-xahar id-dieħel ser ikun qed isir il-Malta Eurovision 2026 – bis-semifinali fil-15 ta’ Jannar u l-finali fis-17 ta’ Jannar 2026. Illum ħarġet l-aħbar tal-ewwel mistieden li ser narawh fuq il-palk tal-MESC waqt il-finali – Baby Lasagna.

Il-kantant huwa mill-Kroazja, u rrappreżentahom bil-kanzunetta Rim Tim Tagi Dim lura fil-Eurovision Song Contest 2024. Dakinhar hu kiseb it-tieni post, hekk kif kien rebaħ Nemo għall-Isvizzera.

“Baby Lasagna se jingħaqad magħna fil-Finali! Ninsabu eċitati ħafna li nilqgħu lil Baby Lasagna fil-Finali tal-MESC 2026 fis-17 ta’ Jannar! Se tkun lejla indimentikabbli hekk kif jitla’ fuq il-palk tal-Malta Eurovision Song Contest.”

Ħerqanin biex issegwu?







Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI