Gemma Portelli Illum Kienet Tagħlaq 87 Sena

Kieku għadha ħajja l-attriċi Gemma Portelli llum kienet tagħlaq 87 sena! L-attriċi nistgħu ngħidu li hi fost l-aktar popolari ġewwa pajjiżna, hi ġiet nieqsa fl-2008 fl-età ta’ 75 sena.

Gemma kienet maħbuba ferm għal partijiet komiċi, iżda fil-karriera tagħha ħadmet ukoll partijiet serji. Waħda mill-aktar partijiet li baqgħet magħrufa għalihom hi dik ta’ Ġoma fis-sensiela F’Baħar Wieħed.





Ritratt: Facebook / Nostalgia Malta – Cora Camilleri

Fis-sena 2000 ingħatat il-Midalja ghall-Qadi tar-Repubblika u fl-2007 ġiet onorata bl-unur ta’ Charles Arrigo Lifetime Achievement Award matul il-GO Malta Television Awards. L-aħħar produzzjoni li dehret fiha Gemma kienet “Ta’ Ħorrox Borrox”.

Ġewwa Tas-Sliema llum il-ġurnata wieħed issib monument iddedikat għal tliet artisti kbar Maltin: Gemma Portelli, Charles Clews u Victor Apap. F’isem Gwida.mt insellmu l-memorja ta’ Gemma Portelli u nirringrazzjawha tal-kontribut siewi tagħha fix-xena lokali.

Facebook / Alfred Cacciatolo



Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI