Il-paġna ta’ Maltese Islands Weather ittella’ dan il-kunċern tagħha dwar ir-ritratt li huma vera u dawk li jiġu ġġenerati bl-AI.
“Ġenwin jew AI?!
Wara avvenimenti meteoroloġiċi notevoli bħal it-temp tal-borra u s-sajjetti ta’ lbieraħ f’Malta, ħafna ritratti ġenwini bdew jiċċirkulaw iżda mma hemm ukoll dawk ġenerati bil-AI. Ir-ritratt mill-ajru hu reali, filwaqt li dak tal-Bieb ta’ Mdina hu ġenerat bil-AI. Hawn kif tista’ tiddeċiedi bejn wieħed u l-ieħor:
Il-loġika tat-temp: Il-bora tiġi minn tempesti qawwija mimlija riħ b’saħħtu, għargħar u ħsara. Jekk is-sema tidher kwieta u “bħal borra”, kun kawt.
Kif tinġabar il-borra: F’ritratti reali, il-borra tinġabar b’mod mhux uniformi u mhux perfett. Tinġabar f’kantunieri, f’drenaturi u f’oqsma baxxi. It-tessut tagħha huwa bħal slush ta’ granita u mhux fluffy. L-AI spiss turi kopertura perfetta u bajda bħal borra friska.
Interazzjoni ma’ oġġetti: F’ritratti reali, il-bora tinżel minn fuq il-karozzi u d-dar, u tkun aktar ħafifa fuq uċuh sħan. Tibda tidħol f’kuntatt ma’ radijiet, ħitan, eċċ. L-AI spiss tinjora l-fiżika tal-madwar.
Dawl u dettall: Ir-ritratti reali għandhom dawl konsistenti u dettalji ċari. L-AI tista’ tidher jew perfetta jew dramamtika wisq, jew qisha xi pittura.
Konferma tagħmel differenza: Jekk avveniment hu reali, se jkun hemm bosta ritratti, vidjows, data radar u rapporti, mhux biss ritratt wieħed virali.
Konklużjoni: It-temp straordinarju jiġri (bħal lbieraħ), imma staqsi dwar ritratti li jidhru irreali perfettament.
Ir-ritratt tax-Xellug minn Civil Protection Malta