Ftit ilu l-Ministru għat-Turiżmu Julia Farrugia Portelli xtaqet turi l-apprezzament tagħha lejn waħda mill-kmamar tan-nar f’Malta li tant jaħdmu biex jagħtu pjaċir lill-pubbliku permezz tan-nar tal-festa.
Illum żaret lill-ħaddiema ġewwa fil-Kamra tan-Nar ta’ Lourder il-Qrendi fejn qassmet messaġġ ta’ ringrazzjament għal kemm jirsistu kull sena biex jagħtu l-aħjar. “Għad li din is-sena mhux bħas-soltu, il-ħidma tkompli fosthom għall-ispettaklu tan-nar nhar l-Erbgħa li ġej imtella’ mill-Awtorità Maltija għat-Turiżmu”.
Jidher ukoll li dawn il-ħaddiema qed iħejju spettaklu mill-aqwa għal avveniment organizzat mill-Awtorita Maltija għat-Turiżmu. Minn qalbna f’isem Gwida.mt ninagħqdu mal-Ministru biex nawguraw kemm lil dawn il-ħaddiema kif ukoll lill-oħrajn mill-kmamar tan-nar madwar Malta u Għawdex kollu!
Instagram/ lourdes_qrendi