Jekk sejjer ħdejn il-baħar jew inkella ħa tkun fuq barra lesti biex tildlek dak il-sunblock, filwaqt jekk ħa tkun ġewwa prepara biex iżomm it-temperatura tal-ACs baxxa għax għada huwa mistenni li jkun l-aktar jum sħun li kellna s’issa.
Skont The Weather Page Malta, “Għada l-Ħamis huwa stabbilit li jkun l-aktar jum sħun tal-ġimgħa b’temperaturi sħan ta’ 39°C madwar Malta u Għawdex.” Għal dawk li jħobbu dawn it-temperaturi sħan, ikkumpatu ftit lil dawk li jeqirdu ħafna bis-sħana, għandhom ftit raġun, 39 ta’… sħana ħafna!
Għalkemm għandna nistennew li dawn tt-temperaturi, il-gżejjer Maltin jidher li ħa jesperjenzaw temp instabbli matul tmiem il-ġimgħa, b’sorsi differenti jgħidu li b’riżultat tal-maltempati fi Sqallija, jista’ jkollna xita ħafifa.