“Għada, Pitgħada Jirrealizza Kemm Dak Li Dejjem Niktiblu, Meta Hu Ma Kienx Jaf, Dejjem Ktibtu Mill-Qalb” – Wayne Aquilina F’Jum Għażiż

Illum jiċċelebra għeluq sninu t-tifel ta’ Wayne, Dean, u f’dan il-jum tant speċjali Wayne ħalla messaġġ mill-qalb, messaġġ li żgur ħa jmiss qalb kull ġenturi u wieħed ikun jista’ wkoll jirrelata miegħu,

Wayne jiftaħ billi jgħid, “Dan iċ-ċkejken illum jiċċellebra għeluq sninu. Ovvjament, ma jafx jaqra x’qed niktiblu hawn, iżda nittama li għada, pitgħada jirrealizza kemm dak li dejjem niktiblu, meta hu ma kienx jaf, dejjem ktibtu mill-qalb, mhux għax jien missieru naturali, imma għax veru nħobbu.”

Hu jżid, “Ħafna forsi jieħdu l-imħabba ta’ ġenitur, b’mod ovvju fuq l-ulied. L-esperjenzi li s’issa ltqajt magħhom nirealizza li le, mhux kull ġenitur bilfors iħobb lil uliedu b’mod awtomatiku. L-imħabba ma titkejjilx bi sforz jew għax ta’ bilfors. Allura llum indur lejn ibni, u nirealizza li huma x’inhuma ċ-ċirkustanzi, kemm huwa xxurtjat li għandu ġenituri li ġabuh f’din id-dinja li jħobbuh.”

Fl-aħħar nett Wayne jgħid, “Illum, f’jum għeluq sninu, l-akbar rigal tiegħi għalih, mhux xi ġugarell jew rigal materjali ieħor, iżda bħal ma’ nagħmel dejjem inwiegħdu l-imħabba u r-rispett lejn dak li huwa l-aktar essenzjali għalih, lejn dak li jagħmel sens f’ħajtu. Dak li jgħodd! Awguri Dean. Inħobbok!”





Facebook / Wayne Aquilina



Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI