Wara li lbieraħ tħabbret il-mewt tal-maħbub Elio Lombardi, ibnu Gino ftit ilu qasam kitba biex jirringrazzja lil dawk kollha li wrew imħabba u rispett f’dawn il-mumenti.
Apparti minn hekk hu ħabbar li għada għandu jkun hemm id-dettalji għall-aħħar tislima lill-għażiż missieru Elio. “M’għandniex kliem biżżejjed biex nirrangrazzjaw lill-eluf li wrewna s-simpatija tagħhom għat-telfa ta’ missierna…”
Gino jkompli, “GRAZZI MINN QALBI LIL KULĦADD. Jekk ma jinqala’ xejn għada se nkunu nafu d-dettalji taċ-ċelebrazzjoni ta’ ħajjet Missieri.”
Għal dejjem f’qalbna Elio! Kuraġġ Gino u l-familjari kollha.