Il-Viċi Sindku tal-Floriana fuq il-mezzi soċjali tiegħu qasam xi ritratti tal-ħsara li qed jikkawża l-maltemp fil-lokalità.
Hu jikteb, “Sfortunatament iċ-ċiklun, qed iħalli għadd ta’ ħsarat mal-Floriana, fejn anki tqaċċtu xi siġar u ġġarfu l-monumenti. Qed insegwu u nieħdu nota tal-ħsarat u la jikkalmaw l-elementi, ix-xogħol ta’ żamma tal-lokal, se jissokta.”
Hu jżid, “Fil-Mall, siġra waqgħet fuq il-monument ta’ Vincenzo Bugeja. L-awtoritajiet ikkonċernati infurmati b’din il-ħsara. Importanti li dawn ir-ritratti jagħtu indikazzjoni tal-periklu ta’ dan ir-riefnu. Jekk tistgħu ibqgħu ġewwa – dalwaqt jgħaddi kollox.”
Mill-ġdid nappellaw għal kawtela u min ma għandux għalfejn joħroġ jibqa’ d-dar. Ċertament li f’dan it-temp, is-sigurtà ta’ darek hija importanti.
Facebook / James Aaron Ellul