Dalgħodu ħafna kienu dawk li fissru s-sogħba tagħhom wara li ħalla din id-dinja Emanuel Camilleri jew kif kif kien magħruf ma’ ħafna mill-Karkariżi, Lolly tal-Bellezza. Tfakkar kif għal xi snin Emanuel kien ukoll serva bħala l-Viċi President tas-Soċjetà Mużikali ta’ Sant’Antnin fil-lokalità ta’ Birkirkara.
Il-mijiet li sellmu l-memorja ta’ Emanuel fost oħrajn faħħru l-umiltà tiegħu kif ukoll il-personalità altruwistika tiegħu hekk kif dejjem kien ifittex li jgħin lil dawk ta’ madwaru.
Fost dawk li sellmu l-memorja tiegħu kien hemm is-Soċjetà Każin Santa Liena Banda Duke of Connaught’s Own kif ukoll is-Socjetà Muzikali ta’ Sant’Antnin.
Jistrieħ fis-sliem!
Facebook / Soċjetà Mużikali ta’ Sant’Antnin – B’Kara u Duke of Connaught’s Own Band Club, Birkirkara