Kulma jmur is-servizz tal-internet b’xejn abbord it-titjiriet qed isir iżjed komuni hekk kif Starlink, invenzjoni tal-multi-biljunarju Elon Musk, qed tavvanza bis-sħiħ fil-ħila tagħha li tipprovi dan is-servizz f’kull parti tad-dinja.
Fil-fatt għadd ta’ linji tal-ajru fosthom Emirates kif ukoll Lufthansa qed jaspiraw li matul is-sentejn li ġejjin jintroduċu dan is-servizz b’xejn lill-passiġġieri tagħhom.
Issemma li dan is-servizz qed isir dejjem iżjed vijabbli għal-linji tal-ajru sabiex jimplimentaw għaliex is-sistema ta’ Starlink matul is-snin qed issir ħafna iżjed affidabbli.
Pexels