F’diversi ċrieki madwar Malta u Għawdex bdiet iddur l-aħbar li llum għandna nistennew rekord ta’ każijiet ġodda. Pajjiżna s’issa l-akbar numru ta’ każijiet pożittivi li ra tal-Covid-19 kienu proprju 106 u ħafna bdew jgħidu li dan ir-rekord llum ħa jinqabeż.
Minn indikazzjonijiet li ta’ t-tabib Frank Portelli, jidher li din l-informazzjoni li qed iddur mhi korretta xejn. It-tabib Frank Portelli li dejjem ta stima tajba ta’ kemm hemm każijiet qal li llum għandna nistennew madwar 70 każ. Dawn il-każijiet jidher li ma jinkludux l-immigranti li jinsabu iżolati għalihom.
It-tabib Portelli jgħid li jekk wieħed iħares lejn in-numru ta’ każijiet li kellna f’dawn l-aħħar jiem, wieħed jirrealizza li n-numri sfortunatament reġgħu telgħin. Din mhux is-sitwazzjoni li lkoll nixtiequ. Waqt intervista li kellu l-viroloġista Chris Barbara fuq Net Live qal li bħalissa r-rata ta’ trasmissjoni żgur li hi aktar minn wieħed.
Huwa importanti aktar minn qatt qabel li nagħtu kas dak li qed jgħidulna l-awtoritajiet tas-saħħa u nimxu ma’ kull pass li jgħidulna. Aktar tard fuq il-paġna Saħħa għal ħabta tan-nofs siegħa joħorġu n-numri u l-Professur Charmaine Gauci tagħti l-konferenza ta’ kull ġimgħa.