Għaddew 5 Snin Minn Meta Ħalla Din Id-Dinja Ż-Żagħżugħ Ramiro Mallia Ta’ 19-Il Sena

Ħames snin ilu ħalla din id-dinja ż-żagħżugħ Ramiro Mallia fl-età ta’ 19-il sena wara li safa vittma ta’ inċident traġiku fid-dar tal-familja tiegħu.

Ramiro, li kien iħobb b’imħabba kbira l-isport tal-futbol, jibqa’ sal-lum il-ġurnata mfakkar għall-ħidma li wettaq matul ħajtu b’risq l-għaqda filantropika Puttinu Cares wara li hu stess meta kellu biss sentejn beda jiġġieled il-lewkimja.

Matul dawn l-aħħar sigħat fuq il-midja soċjali fakkret il-memorja tiegħu l-organiżazzjoni tal-karità Ramiro & Friends li llum il-ġurnata taspira li tkompli twettaq il-ħidma filantropika li Ramiro tant kien jieħu gost iwettaq matul ħajtu.



Strieħ fis-sliem, Ramiro!





Ritratti:

Facebook / Ramiro & Friends

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI