“Għaddew 6 Snin Mill-Aktar Jum Misħut U Iswed Ta’ Ħajti” – Ir-Raġel Tal-Mibkija Miriam Pace

Kien proprju fit-2 ta’ Marzu tal-2020 meta Miriam Pace, omm ta’ 54 sena, tilfet ħajjitha wara li ġġarfet id-dar li kienet tgħix fiha flimkien mal-familja tagħha.

Sitt snin wara mewtha, żewġha Carmel Pace, jistqarr li għadu jħoss in-nuqqas ta’ martu u jsostni li ma jemminx li ħajtu tista’ qatt terġa’ lura bħal qabel għaliex sitt snin ilu tilef parti minnu.

Filwaqt li ddeskriva l-jum traġiku tat-2 ta’ Marzu bħala wieħed “misħut”, hu jispjega kif minn dakinhar il-familja tagħhom inqalbet ta’ taħt fuq.

“Sakemm niltaqgħu għand il-Ħallieq,” temm jikteb Carmel f’mesaġġ emozzjonanti fuq il-midja soċjali.



Strieħ fis-sliem, Miriam!





Ritratti:

Facebook / Carmel Pace

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI