Għadek Iġorr Maskra Kull Fejn Tmur? – Ara X'Qed Jgħidu N-Nies!

F’poll li bdiet fuq il-paġna Malta Diżastru Totali fejn qed tistaqsi jekk dak li jkun għadux qed iġorr maskra fuqu kull fejn imur, 80% tan-nies li qed jirrispondu jgħidu li iva huma qed iġorru maskra magħhom kullimkien filwaqt li 20% jwieġbu fin-negattiv.





Kien hemm ħafna li kkummentaw li hemm ħafna postijiet li mhux qed tintlibes, sinjura partikolari qalet fuq il-paġna ta’ Malta Diżastru Totali qalet, “Bla sens saret il-biċċa! Ilbieraħ filgħodu l-pool ħadd ma kellu maskra. Nies jordnaw l-ikel mal-bar l-istess. Tmur tieħu kafe l-istess, ħadd ma jkollu maskra. Tieħu t-tfal training ħadd ma jilbes maskra…” Is-sinjura tgħid imbagħad biex daħlet ġo ħanut tixtri ħobża wara ġurnata tara dawn l-affarijiet mhux insiet il-maskra.

Fuq Gwida.mt, anzjana wriet it-tħassib tagħha magħna li għalkemm hi qed tilbes il-maskra kull fejn tmur, ħafna nies mhux qed isegwu l-istruzzjonijiet u jużaw il-maskra. Infatti tistaqsi x’għandu jsir. Sa issa l-użu tal-maskra għadu ssuġġeriet mill-awtoritajiet tas-saħħa. Jekk xi affarijiet jinbidlu żgur li javżaw kif dejjem għamlu.

F’pajjiżna għad fadal biss 4 każijiet attivi li nafu bihom u dan jawgura tajjeb, iżda bil-ftuħ tal-ajruport wieħed xorta waħda għandu joqgħod attent li jara li kollox jimxi ħarir u jieħu l-prekawzjonijiet meħtieġa.



Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI