"Għadhom Jaħsbuk Ħija Sal-Lum" – Carlos Farrugia Jawgura Lil Ryan Galea

Carlos jgħaddi messaġġ mill-qalb lil ħabib tiegħu Ryan. Carlos u Ryan iltaqgħu għall-ewwel darba meta Ryan daħal l-istudio fejn kien jgħallem Carlos, proprju 12-il sena ilu. Minn dak iż-żmien għaddew minn ħafna esperjenzi, imma waħda li n-nies żgur jibqgħu jiftakru hi meta Ryan kien għamel il-parti ta’ Sergio żgħir f’Gizelle.





Sergio, kien Carlos stess u l-għażla tant kienet waħda naturali li ħafna nies ħasbu li ż-żewġ atturi kienu aħwa. Carlos jikteb messaġġ vera ħelu lil Ryan f’għeluq sninu, Nafek tifel u nafek tiżżewweġ. ‘Irridu nsibu lil xi ħadd biex jinterpreta l-parti tiegħek ta’ Sergio żgħir, f’Gizelle!’ L-għażla kienet ovvja u għadhom jaħsbuk ħija sal-lum. Awguri ħabib kbir tiegħi u j’Alla nibqgħu hekk, u int tibqa’ dak it-tifel umli li rajt dieħel fl-istudio għall-ewwel darba xi 12-il sena ilu. Nixtieqlek dak kollu li tixtieq int għalik! Il-Bambin ikompli jbierkek Ryan.”

Aħna f’isem it-tim ta’ Gwida.mt nixtiequ li ningħaqdu ma’ Carlos u nawguraw lil Ryan l-isbaħ xewqat f’għeluq sninu. Nittamaw li jkollu sena mimlija b’dak kollu li tixtieq qalbu. Awguri Ryan.

Facebook / Carlos Farrugia



Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI