"Għadna Kemm Ġejna Infurmati Li Anne Marie L-Mara Tiegħi Rriżultat Pożittiva Għall-Covid-19" – Bernard Grech

Bernard Grech, għadu kif ħabbar li l-mara tiegħu Anne Marie nstabet pożittiva għall-Covid-19. F’post fuq il-paġna tiegħu huwa kiteb, “Għadna kemm ġejna nfurmati li Anne Marie il-mara tiegħi irriżultat pożittiva għall-Covid-19.”





Hu kompla jgħid, “Wara li Anne Marie saret taf li kien hemm każ pożittiv ta’ persuna li tattendi fil-gym li tattendi hi, fuq parir tad-Dipartiment tas-Saħħa Pubblika, il-mara tiegħi iżolat ruħha mill-ewwel u ħadet test li ħareġ negattiv.”

Hu jkompli jirrakkonta, “Minkejja dan fuq parir tal-istess awtoritajiet mediċi baqgħet f’iżolament, u wara li ħadet test ieħor, issa dan irriżulta pożittiv. Waqt dan il-perjodu minn meta marti saret taf bil-każ pożittiv jiena ma kontx f’kuntatt magħha.”



Bernard jgħid, “Minkejja dan qiegħed nieħu d-deċiżjoni li minnufiħ niżola ruħi b’mod prekawzjonali u qed insegwi l-pariri tal-professjonisti mediċi li qed jassistuni.”

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI