“Għadni Ma Proċessajtx Sew Dak Li Ġara Dil-Ġimgħa  … Ksibt It-Tieni, T-Tielet, Ir-Raba U S-Seba’ Post Bħala Awtur Jew Kompożitur” – Matt Blxck

Matt Blxck huwa artist li verament m’għandux bżonn ta’ introduzzjoni. Maħbub u magħruf sew fid-dinja tal-Eurovision fejn f’4 dehriet tiegħu f’dan il-festival spiċċa darba fit-tielet post u darbtejn fit-tieni post. Nhar is-Sibt li għadda kien biss 15-il punt ‘il bogħod milli jirbaħ, iżda kiseb riżultati mill-isbaħ kemm bħala kantant kif ukoll bħala kompożitur u awtur. Ftit tal-ħin ilu qasam messaġġ fuq il-midja soċjali mas-segwaċi tiegħu.

Hu qal, “Grazzi Malta! Għadni ma proċessajtx sew dak li ġara dil-ġimgħa. Irbaħt it-televote għat-tieni darba konsekuttiva b’ammont rekord ta’ 200 punt (apparentament). Ksibt it-tieni, t-tielet, ir-raba u s-seba’ post bħala awtur jew kompożitur. U li nara l-viżjoni tiegħi tieħu l-ħajja u tiġi milqugħa b’dan il mod, ħallietni bla kliem. Grazzi talli emmintu fija, talli vvutajtu, talli smajtu u talli ppermettejtuli ngħix il ħolma tiegħi. Dan huwa biss il bidu. Dejjem grat għat-tim kollu ta’ warajja li għen biex il viżjoni tiegħi ssir realtà.”

Prosit kbira Matt, għal li jmiss!







Ritratti:

Facebook/MATT BLXCK

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI