“Għadni Nħossok Miegħi” – Antoine Cavett Ifakkar Lil Ommu Fir-Raba’ Anniversarju Minn Meta Ġiet Nieqsa

F’messaġġ mimli emozzjoni u nostalġija, Antoine Cavett fakkar lil ommu fir-raba’ anniversarju minn meta ħallietu. Permezz ta’ kitba sinċiera fuq il-midja soċjali, hu esprima kemm it-telfa tagħha għadha tħalli vojt kbir f’ħajtu, minkejja li għaddew is-snin.

Antoine kiteb li hu ċert li ommu qed “titpaxxa tarani minn hemm fuq” u tara fejn wasal illum, filwaqt li stqarr li persuna bħalha qatt ma se jsib. Hu żied li għadu jimmissjaha ħafna, u anke f’mumenti sempliċi ta’ kuljum, bħal meta jisma’ xi ħoss fid-dar jew bieb jinfetaħ, jaħseb li hija reġgħet daħlet biex tara x’hemm bżonn isir.

Dan il-messaġġ juri kemm ir-rabta bejn omm u iben tibqa’ qawwija anke wara t-telfa, b’Antoine jagħlaq il-kitba tiegħu b’sens ta’ mħabba u tifkira li tibqa’ ħajja fil-qalb tiegħu kuljum. Insellmu l-memorja tagħha!







Ritratti:

Facebook / Antoine Cavett

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI