“Għadni Niftakar Inħossni Mdejqa Meta N-Nies Kienu Jaħsbuni Tifel Għax Kelli Xagħri Qasir” – Ira Losco B’Messaġġ Profond

Il-kantanta lokali Ira Losco fetħet qalbha dwar mument personali f’ħajjitha.

Hi bdiet billi kitbet, “Għadni niftakar inħossni mdejqa meta n-nies kienu jaħsbuni tifel għax kelli xagħri qasir. Bħala tifla, ridt biss ftit rikonoxximent jew approvazzjoni.”

Hi spjegat kif kienet tħoss il-bżonn li turi prova tal-femmininita`tagħha, u dejjem ħasset li sħabha kienu iżjed ‘femminili’ minnha.

Żiedet tgħid, “Inħares lura issa, nirrealizza li kont qed nipprova nimxi mar-regoli tas-soċjeta` li ħadd ma jitkellem fuqhom. Ħadd ma kien jgħid sfaċċatament ‘inti trid tidher hekk’, imma l-kotba, films u l-ideat tal-irġiel, kollha kienu jippuntaw lejn l-istess ħaġa.”



Qalet ukoll, “Ma nagħtix ħtija lit-tfajliet u n-nisa tal-lum għall-għażliet estetiċi li jagħmlu. Dik in-narrattiva qatt ma telqet – iżda nbidlet għaż-żmien tal-lum. L-influenza għadha hemm, anke jekk tidher ftit differenti issa.”





Ritratti:

Facebook / Ira Losco

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI