F’intervista minn TVMnews, Sandro Grech jirringrazzja lill-poplu tal-qalb kbira li għandu għaliex ma kienx jemmen li din is-somma kbira setgħat tinġabar f’jumejn.
Kompla billi qal, “Għadni s’issa qas nemmen li f’daqshekk żmien qasir irnexxielna niġbru dis-somma. Il-ġenerożita’ tal-poplu flimkien anka mal-gvern wasalna biex fi żmien ta’ jumejn għandna ċ-ċifra sabiħa ta’ nofs miljun iġifieri di qatt ma kont ħa noħlomha li ħa nagħmilha f’daqsek qasir żmien. Nixtieq ngħidilkom grazzi mill-qalb, bqajt skantat bir-rispons tal-pubbliku u kemm aħna kbar.”
“Bdejt b’massa mhux leukaemias. Kelli massa ġol-pulmun, infatti għandi wieħed mill-pulmuni mhux 100%. B’kollox tlett snin, għamilna sena u tlett ġimgħat l-Ingilterra, għaddejt minn ġiex transpjanti, operazzjonijeit ma nafx kemm għax ftit minnhom qas niftakarhom. Pero’ minn hawn u minn hemm dejjem rajt kif iġġelidna biex dejjem nippruvaw nitfejjaq. Issa nqallbet f’leukaemia u fadal dan l-aħħar ċans u bqajt iddeterminat nieħdu sakemm nipprova nfieq. Għandi żewġt itfal u ma narahiex ġusta li jitilgħu mingħajri. Li tiġbor dik is-somma f’jumejn trid tkun poplu inkreddibli, għandna biex niftaħru mad-dinja kollha. Anka jekk dak li ma setax jagħti imma ċempel u qalli l-Bambin miegħek, nitlob għalik, dik ukoll apprezzajt.”